Monday, February 28, 2022

Meta tlaqt lil Adam


This book was gifted to me by @elena.cardona.56 It is a book filled with poems. The review is spoiler free and in Maltese.

L-awtriċi Elena Cardona ikkuntatjani fuq il-paġna ta' Facebook tiegħi, Once Upon a Maltese reader, biex tibgħatli dan il-ktieb, naqrah u nagħti opinjoni onesta' fuq dak li hemm miktub. Dan huwa ktieb qasir, b'ġabra ta' poeżiji. Il-poeżiji jattrattaw suġġetti varji imma b'tema waħda rikorenti tul il-ktieb kollhu; is-sbuħija jew ejja ngħidu in-nuqqas tagħha f'ċertu aspett ukoll. 

Nammetti li waħda mill-aktar kitbiet diffiċli li jiena nsib biex naqra hija l-poeżija. Ma nħossx li huwa l-ġeneru tiegħi minħabba li ħafna drabi poeżija tħallik timraħ u tagħtik wisq liberta' interprettativa. Personalment inħossni nintilef. Nammetti wkoll li l-muża biex taqra l-poeżija hija wkoll essenzjali u għalhekk inti li ħa taqrah, nagħtik parir biex tieħu l-ħin tiegħek. Pero' għamilt il-kuraġġ u qrajt dan il-ktieb. 

Ma ddejjaqtx. Qas xejn anzi! Kull kelma miktuba hija meqjusa, f'postha u riflessiva ħafna. Ebda kelma ma hija żejda jew mhux f'posta. Dan huwa ktieb rakkomandat għal persuni li għandhom għal qalbhom il-poeżija. Apprezzajt ħafna l-fatt li Leanne Ellul kitbet ukoll xi notament fil-bidu ta' dawn il-poeżiji. Fl-aħħar l-awtriċi stess kitbet xi notament għal qarrejja. Hawnhekk, għandek xalata ta' ħsibijiet u interprettazzjonijiet jekk titħajjar taqrah.

No comments:

Post a Comment